top of page
Sena Skolastika 2017 / 2018

Kampanja "Facing Courage and Fears"

Prince's Trust Program 

Dan il-program qiegħed jitħaddem mal-istudenti fit-tieni sena tiegħu. Bi proċess ta' tagħlim differenti ċerti studenti jigu motivati aktar joħorġu l-ħiliet tagħhom u jibnu stima magħhom nfushom. Jordan Seychell, Tristel Muscat u Tristan Attard huma fost l-istudenti li qegħdin isegwu dan il-program taħt l-osservazzjoni ta' Ms J Busutill u Ms C Abela Borg.

 

Ms J Busutill - Għalliema Reliġjon
Ms C Abela Borg - Għalliema Ġeografija

L-aħħar ġurnata tal-Form 5 2018 offriet spettaklu fil-grounds tal-Ħandaq. Bl-għajnuna ta' Ms J Busutill ġiet organizzata logħba futbol bejn studenti tal-ħames sena u għalliema. L-istudenti ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 

2-1. Prosit lil kulħadd hloqtu atmosfera brillanti ġewwa l-iskola.

 

Ms J Busutill - Għalliema Reliġjon

L-aħħar ċena ġewwa l-Ħandaq fejn l-istudenti annimaw rapprezentazzjoni tal-appostli. Reġgħet kienet suċċess għal darb'oħra. Prosit!

 

Ms J Busutill - Għalliema Reliġjon

L-istudenti Axl Sammut, Amy Borg, Luke Heragthy u Mariah Xerri mill-4.1 u 4.2 ħadu sehem f'attivita bl-isem ta' "Gifted & Talented" li hija primarjament assocjata mal-Matematika. Prosit studenti.​

 

Ms T. Troisi - HOD Matematika 

L-istudenti fl-iskola kellhom iċ-ċans jagħmlu "vidjow chat" ma ex student tal-iskola Francesco Cassar li  kiseb scholarship ġewwa Bosnia & Herzegovina. Kien ta' interess kbir li l-istudenti għexu uħud mill-mumenti miegħu billi qasam l-esperjenza li għaddej minnha magħhom. Prosit Francesco nawgurawlek.

 

Mr M. Cucciardi - HOD PSD

bottom of page