top of page

Ħiliet u Kisbiet l-Istudent 

Sena Skolastika 2015/2016

 

 

L-iskola tagħna rebħet żewġ unuri fil-kompetizzjoni 'Everyday Heroes' li saret fin- National D&T Expo 2016. 

Ir-ritratti juru wħud mill-proċessi biex sar dan il-mug b'għanijiet li jiffaċilita x-xorb lil pazjenti kemm kbar kif ukoll żgħar, speċjalment dawk bi problemi fin-nervituri.

Il-mug hu wieħed ħafif, b'qiegħ li jaqleb lejn in-nofs u joffri possibilità ta' żewġ xarbiet. Il-gadget li jitwaħħal ma' fuq tal-mug joffri possibilta li titwaħħal 'straw' filwaqt li min ikun qed jixrob jista' jara x'inhu jixrob minn plastic trasparenti apposta.

Fl-aħħar nett, il-plattina tal-mug tindika jekk il-mug hux mimli jew vojt permezz ta' circuit magħmul apposta. Dan il-mug ġie msejjaħ 'Mug Fantastique'. L-istudenti tad-Disinn u Teknoloġija li ħadmu fuq dan il-proġett huma Owen Mckay, Mikas Briffa, Nathaniel Briffa, Sheldon Farrugia u Michael Owen Saliba.

L-istudenti Aiden Cacciatolo u Nathaniel Briffa mid-departiment tal-Arti u d-Disinn kisbu t-tieni post fil-kompetizzjoni 'Lions International Peace Poster Contest'. Ħadu sehem 221 student minn tlettax -il skola differenti.

L-istudenti kienu taħt is-sorveljanza tal-għalliema
 Mr F Azzopardi - Art, and Mr M Cassar - Design and Technology.

It-Tim tal-basketball tal-iskola kiseb it-tieni post u post fil-finali f'tournament li sar ġewwa il-padiljun tal-basketball f' Ta' Qali. 

It-tim ikompetta kontra skejjel oħrajn tal-istat. Il-finali sejjer issir f'Mejju fejn il-kompetizzjoni tkun bejn l-iskejjel tal-knisja u dawk privati. Nawgurawlkom suċċess dejjem!Prosit.

bottom of page