top of page

Ħiliet u Kisbiet l-Istudent 

Sena Skolastika 2016/2017

Winners@ Maths Venture 2017

St Ignatius College Ħandaq

The Department of Curriculum Management in collaboration with the Vittoriosa Local Council organised the fourth edition of the Maths Venture.

 

The event targeted Form 3 students. The Maths Venture consists of a Maths Trail which integrates History and Mathematics in one activity. It provides an opportunity for students to experience mathematics outside the classroom. 

 

Students who participated this year:  Gilbert Borg 3.2 and Axl Sammut 3.1

HOD Mathematics - Ms T Troisi

Rebbieħa tal-Malta Robotics Olympiad 2017

 St. Ignatius College Ħandaq

Din is-sena l-Malta Robotics Olympiad 2017 ġiet mtellgħa ġewwa l-MFCC ta’ Qali fejn attirat konkorrenza ta’ tlettax–il elf persuna fejn tlett elef minnhom kienu studenti minn skejjel varji f’Malta u Għawdex.

 

Il-Malta Robotics Olympiad huwa avveniment immirat għal studenti interessati fis-suġġetti bħal “Computing” u “Design & Technology” u persuni b’interess kbir fit-teknologija b’mod speċjali r-Robotika u l-“programming”.

Qalb id-diversi attrazzjonijiet teknoloġiċi moderni kien hemm diversi kompetizzjonijiet ta’ Gaming u kif ukoll tar-Robotika.  Il-“Lego Sumo Competition” kienet kompetizzjoni miftuħa għall-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.

 

L-għan tal-kompetizzjoni kien li żewġ robots jiġġieldu kontra xulxin u dak li jintefa barra mir-ring jitlef. B’kollox ipparteċipaw tnejn u tletin tim minn skejjel u livelli differenti b’kull skola tavvanza livell ieħor fil-kompetizzjoni. Bi tħejjija għal din il-kompetizzjoni l-istudenti impenjaw ruħhom għal madwar xahrejn ta’ ħidma kontinwa fil-‘breaks’. Bl-użu tal-Lego Mindstorms Kit dawn bnew robot magħmul minn tliet muturi, fejn tnejn minnhom intużaw għar-roti u wieħed minnhom għal rampa li tostakola lill-avversarju, f’dan il-każ ir-“Robot”. Biex ir-“Robot” seta’ jaħdem kellu bżonn jiġi programmat biex b’hekk jilħaq l- għan tiegħu u jiġġieled kontra r-Robot kontrih. Il-kreattiva tal-istudenti kienet eċċezzjonali.

 

L-istudenti tar-raba’ sena Stephen Gatt, Matthew Schembri, Gabriel Bonello u Jamie Zammit, immexija mill-għalliema tagħhom is-Sinjorina Maria Cutajar u s-Sur Eman Baldacchino ġewwa il-Kulleġġ San Injazju Skola Subien Ħandaq,  rebħu din il-kompetizzjoni  filwaqt li l-istudenti tat-tielet sena Maya Cucciardi, Theodore Grejdinoiu, Haydon Attard u Logan Camilleri, immexija mill-għalliem tagħhom is-Sur Josmar Borg, kisbu t-tielet post. It-tim rebbieħ issa se ,jkun qiegħed jikkompeti barra minn Malta f’Robotics Olympiad 2018 fuq livell internazzjonali.

 

Fl-istess avveniment, it-tim tad-Disinn u t-Teknologija, fi ħdan l-istess skola, kiseb l-ewwel post bl-istudent tar-raba’ sena Mairek Zahra taħt it-tmexxija tal-għalliem tiegħu is-Sur Michele Cassar.

Mr E Baldacchino - Għalliem tal-Kompjuter

bottom of page