top of page

Ħiliet u Kisbiet l-Istudent 

Sena Skolastika 2014/2015

Prosit darba oħra lill-istudenti tat-tielet sena li kisbu l-ewwel post fil-kompetizzjoni tal-Matematika 2015 - Maths Venture Mdina (Maths & History). 

L-istudenti kienu taħt it-tahrig u l-preparazzjoni tal-għalliema tal-Matematika Mr. Mamo, 
Ms S. Axiaq u Ms T. Troisi.


L-istudenti li ħadu sehem kienu 

Isaac Camilleri

Jeremy Agius

 

F’Diċembru 2014, l-istudenti tal-bijoloġija tal-Form 3 ħadu sehem u rebħu kompetizzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ibħra maħluqa mill-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta.

 

Dan il-proġett jikkompara baħar ikkontaminat ma’ baħar mimli ħut u ħajja.  Dan il-proġett juri kif aħna l-bnedmin qegħdin naffettwaw l-ibħra tagħna.  L-istudenti ħasbu fuq u ddiskutew metodi kif aħna nistgħu nnaqqsu l-effett ħazin tagħna fuq il-baħar. 

 

Bħala premju, l-istudenti qattgħu xi sigħat fl-Akkwarju Nazzjonali f’Buġibba.

 

L-istudenti kienu taħt it-taħrig u l-preparazzjoni tal-għalliema tal-Bijologija Ms. K. Grech.

Prosit lill-istudent Mikas Briffa tat-tieni sena li kiseb l-ewwel post f'kompetizzjoni prestigjuża bl-isem ta' "Lions Club National Competition 2015".

Mikas kien id-diżinjatur ewlieni ta' 'poster' bit-titlu ‘Peace, Love and Understanding’ billi juża simboli biex wassal messaġġ ta’ paċi.
 Ġie magħmul pakett apposta biex il-'poster' jiġi miżmum f’kundizzjoni tajba.

 

L-istudent kien taħt it-taħrig u l-preparazzjoni tal-għalliem tad-Disinn u Teknoloġija Mr. M. Cassar.

 

 

Prosit lill-istudenti tar-raba' sena li kisbu d-disa' post fil-kompetizzjoni tal-Matematika 2015 - Maths Olympiad. 

L-istudenti kienu taħt it-tahrig u l-preparazzjoni tal-għalliema tal-Matematika 
Mr C. Vella u Ms T. Troisi.


L-istudenti li ħadu sehem kienu 

Christopher Frendo
Shaban Bentaher

Wayne Farrugia

Juan Magro
 

Prosit lill-istudenti tat-tielet sena li kisbu l-ewwel post fil-kompetizzjoni tal-fotografija fl-okazzjoni tal-"Europe Day Photo Competition" mtellgħa minn Europe Direct Valletta qasam bini GRTU. 

 

Il-premju mogħti lill-istudenti kienet ħarga kulturali Xrobb l-Għaġin Nature Park. Hemmhekk ingħataw tgħarif siewi fuq l-ambjent naturali u pjanti li jdawwru l-gżira Maltija. 

Prosit lill-istudenti tal-ħames sena li kisbu t-tielet post fil-kompetizzjoni tax-xjenza 2014. 

Skola San Injazju Handaq Subien kienet l-unika skola tal-gvern li kisbet post mal-ewwel tlett skejjel. 

L-istudenti li ħadu sehem kienu 

Wayne Formosa
Noel D'Anastasi
Andrei Amaira

bottom of page